Moyes u Żewġ Plejers Ta’ West Ham Pożittivi Għall-Covid-19

 Moyes u Żewġ Plejers Ta’ West Ham Pożittivi Għall-Covid-19

Il-manager ta’ West Ham United David Moyes kif ukoll żewġ plejers; Issa Diop u Josh Cullen ittestjaw fil-pożittiv għall-Covid-19 ftit ħin qabel il-bidu tal-partita tal-bieraħ mit-tielet rawnd tal-Carabao Cup kontra Hull City.

Ir-riżultat li dawn it-3 persuni kienu pożittivi ħareġ madwar sagħtejn qabel il-bidu tal-partita bil-plejers Diop u Cullen kienu diġà parti mil-line-up sabiex jibdew il-konfront.

Huwa mifhum li t-tobba tal-klabb ta’ West Ham infurmaw lil dawn il-persuni u immedjatament huma ħallew l-istadium fejn kienet ser tintlagħab il-partita.  It-3 persuni ma kellhom ebda sintomi.

Il-partita intlagħbet kif kien skedat bit-tim ta’ West Ham jitmexxa mill-assistent ta’ Moyes u eventwalment jirbaħ il-partita 5 – 1.

Ritratt: Skysports.com

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com