Aċċident Bejn Trakk Tal-Iskart U Karozza Joħloq Traffiku Qawwi

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jevita Mdina Road Ħal Qormi direzzjoni Żebbuġ u juża toroq alternattivi minħabba traffiku qawwi li nħoloq wara aċċident bejn trakk tal-iskart u karozza. Dan ġie rrapurtat fuq il-paġna Maltese Roads Traffic Updates.
It-triq hija magħluqa minn lane waħda. Jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Suqu dejjem bil-mod!