Allegatament Iffalsifika Dokumenti Biex Iġib Iċ-Ċittadinanza Maltija

 Allegatament Iffalsifika Dokumenti Biex Iġib Iċ-Ċittadinanza Maltija

Llum tressaq l-Qorti Danyal Qadar dad Tarar residenti tas-Sliema u ġie akkużat b’ falsifikazzjoni ta’ dokumenti u frodi ta’ aktar minn €60,000 detriment lill-Gvern ta’ Malta.

L-akkużat allegatament iffalsifika dokumenti biex bihom seta’ jġib ċittadinanza Maltija.

Il-qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest u fuq talba tal-prosekuzzjoni ordnat ukoll li jiġu ffriżati l-assi kollha ta’ l-imputat.

Għall-prosekuzzjoni dehru l-Ispettur Omar Zammit u l-Ispettur Geoffrey Cutajar waqt li Dr. Roberto Montalto deher għall-imputat.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com