Kemm Ġiet Tiswa’ S-Sistema Tal-‘Live Stream’ Tal-BOV Premier?

 Kemm Ġiet Tiswa’ S-Sistema Tal-‘Live Stream’ Tal-BOV Premier?

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet l-MFA marret għall-ewwel darba live permezz tas-sistema tal-Live Stream tal-logħbiet tal-kampjonat BOV Premier.

L-MFA ħarġet għall-ewwel darba bil-live stream bil-logħba Zejtun Corinthians kontra Sta Luċija, logħba li fiha ħareġ biċ-ċar il-mod amatorjali ta’ din is-sistema li taħdem bl-intelliġenza atrifiċjali (jiġifieri bla cameramen).

Il-filmati ta’ din il-live stream mis-Centenary Stadium huma ta’ livell baxx fejn anke il-cameras ma laħqux ma’ wieħed mill-goals ta’ Zejtun. Dak kollu ġab kritika qawwija fuq il-mezzi soċjali b’ ħafna nies jikkumentaw li mhux talli mhux lesti jħallsu għas-servizz iżda b’ironrija qalu li l-MFA trid tħallasahom biex jaraw il-logħbiet.

L-Għada l-Ħadd il-kwalita’ kienet ftit aħjar b’kulur iktar ċar mill-Istadium Nazzjonali iżda l-kwalita’ tal-filming xorta huwa inferjuri.

Wieħed ta’ min jistaqsi lis-Segretarju Ġenerali tal-MFA Dr Angelo Chetcuti li kien hu li ndirizza il-konferenza stampa,
min kien jew kienu l-persuni u, jew il-kumpanija li ġiet b’din il-proposta għall-MFA?

Kienet l-MFA li marret għand dan il-persuna jew persuni u jew kumpanija għal dan is-servizz?
Kemm kien hemm kumpaniji li ġew avviċċinati?

L-istazzjon nazzjonali TVM kien ikkuntatjat biex joffri servizz ta’ filming tal-logħbiet kollha għal-live streaming?
Huwa minnu li din is-sistema li ġiet installata f’erba’ stadji u  ġiet tiswa’ viċin il-€25,000 jiġifieri investiment ta’ kważi €5,000 kull sistema bit-twaħħil u t-testing b’kollox ?

Dan is-sit jinsab infurmat ukoll li l-MFA f’Laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tagħha iffissat ukoll il-prezzijiet għal Match Day 4 ‘il quddiem.

L-MFA għandha d-dover li tgħid il-verita u mhux taħbieha kif ġara fl-aħħar Konferenza Stampa li għamel Dr Angelo Chetcuti li ta dettalji fit-tnedija ta’ dan il-proġett. Dakinhar is-segretarju ġenerali qal li l-MFA ma kienet għadha ddiskutiet xejn dwar il-prezz u jekk hux se jsir prezz fis għal kull logħba jew kull Match Day, iżda sorsi li tkellmu ma’ dan is-sit qalu li d-diskussjoni mhux talli saret iżda daħlet saħansitra fid-detall ta’ x’se jkun il-prezz li mistenni jkun bejn €2 u €5 għal kull logħba.

Ritratt: Domenic Aquilina

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com