Bil-Filmat: “Araw Lil Dan L-Idjota… Issa Jkun Imiss L-AFM Jaħlu Flus Il-Poplu Biex Isalvawh!” – Lou Bondi
![Bil-Filmat: “Araw Lil Dan L-Idjota… Issa Jkun Imiss L-AFM Jaħlu Flus Il-Poplu Biex Isalvawh!” – Lou Bondi](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2020/09/WhatsApp-Image-2020-09-26-at-16.32.08-850x560.jpeg)
F’filmati li tella’ Lou Bondi fuq il-facebook tiegħu, jidher persuna qed jipprattika l-isport tiegħu bil-jetski f’baħar imqalleb f’Marsalforn.
Bondi kiteb “Araw lil dan l-idjota jipprattika l-isport tiegħu llum wara nofsinhar. Issa jkun imiss li l-AFM taħli flus il-poplu billi tmur issalvah!”
Illum ir-riħ huwa tant qawwi li anke ħarġu twissijiet mill-uffiċji meterjoloġiċi fejn mistenni li jitla’ anke sa forza 8 minn ħin għall-ieħor.
Bosta kienu l-kummenti li qablu ma’ Bondi fejn saħanistra kien hemm min kiteb li jħallieh jgħereq kieku jiġrilu xi ħaġa.
X’taħsbu intom?