“Ma Tantx Fadal Ħin…” – Ikellimna Bjorn Formosa

 “Ma Tantx Fadal Ħin…” – Ikellimna Bjorn Formosa
Lejlet il-maratona DAR Bjorn Ġbir ta’ Fondi li se ssir għada l-Ħadd, 27 ta’ Settembru, għamilna kuntatt ma’ Bjorn Formosa…

-Għaliex huma importanti li l-poplu jwieġeb għas-sejħa tiegħek peremezz ta’ din il-maratona?

Hemm numru konsiderevoli ta’ pazjenti bl-ALS, MS, Huntingtons u mard newroloġiku ieħor li qed jistennew f’waiting list u li għandhom bżonn kura speċjalizzata. DAR BJORN f’ Ħal Qormi hija mimlija u għalhekk għandna bżonn dar ikbar biex tilqa’ lil dawn in-nies.

-Għaliex persuna li jkollha l-kundizzjoni tal-ALS għandha bżonn daqstant sapport, tant li kont inti l-ewwel persuna li qajjimt kuxjenza dwarha f’pajjiżna anke permezz tal-ice bucket challenge?
Persuna bl-ALS tipparalizza kompletament ruħha u għalhekk ikollna bżonn assistenza medika intensiva bħal ma toffri biss Dar Bjorn.
-Qed tistenna rispons sabiħ mill-poplu?
Ma tantx fadal ħin, hemm bżonn li din id-dar tinfetaħ malajr kemm jista’ jkun. Nirringrazzjakhom bil-quddiem tal – għajnuna li ser ittuna.
It-tim ta’ stradarjali.com jappella lill-poplu kollu biex bħal ma għamel dejjem, jerġa’ jkun ġeneruż.
Għada l-Ħadd 27 ta’ Settembru inti tista’ tagħti qalbek għal din il-kawża ġusta billi ċċempel:
☎️ Ċempel 51002017 €20
☎️ Ċempel 51902075 €50
☎️ Ċempel 51302010 €100
📱 SMS 50619271 €11.65
📱 BOV Mobile Pay 79096249

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com