Bil-Filmat: “L-Obeżità Qed Toqtol Nies Ħafna Iżjed Mill-Covid-19…” – Robert Cutajar
“Piż żejjed/obeżità qed toqtol nies, ħafna iktar mill-Covid-19, apparti li qed tiswa lil pajjiżna mal-100 miljun”, tenna magħna l-Onorevoli Robert Cutajar li hu nkarigat mill-osqma taż-żgħażagħ, sport u ngo’s.
Cutajar beda kampanja ta’ ġlieda kontra l-obeżità f’dawn l-aħħar xhur . “Ridt li dak li bdejt fl-2015 inkomplieh, meta kont shadow minister fuq l-istess oqsma… pajjiżna għandu problema enormi li l-poplu għadu mhux jirrealizza”, saħaq Cutajar.
Tenna li għalkemm huwa membru tal-Opożizzjoni, irid li meta jħares lura jgħid li d-dover lejn pajjżna għamlu bl-aħjar mod li seta’ fl-għalqa tiegħu.
Robert Cutajar kien ressaq liġi fil-parlament; l-ewwel liġi sħiħa minn Deputat fl-Opożizzjoni. Din kienet approvata f’Jannar tal-2016 b’mod unanimu u kienet ukoll issapportjajtha mill-WHO. Qalilna li huwa ddispjaċut li mhix tiġi nfurzata biżżejjed u 4 avviżi legali li kellhom jinħarġu magħha, għadhom ma ħarġux.
Din il-kampanja hija ssaportjatha minn 20 assoċjazzjoni sportiva nazzjonali bil-parteċipazzjoni ta’ 40 atleta u personalitajiet oħra.
Biex ikompli wkoll iwassal il-messaġġ, il-kartolini kollha tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2020 rabathom ma’ din il-kampanja nazzjonali fejn il-mużika u l-isport twaħħdu.
Bosta kellhom kummenti pożittivi għal din l-inizjattiva fosthom il-preżentatur popolari Peppi Azzopardi u anke l-Kappillan ta’ San Pawl il-Baħar Dun Josef Pace.
Din il-kampanja se tkun qed tiġi ntesifikata fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin b’aktar sehem ta’ assoċjazzjonijiet sportivi, atleti u personalitajiet. #sportforlife – lets beat obesity together