Bil-Filmat: Qed Ixandru Programm ‘Live’ Jismu ‘Ex-LGBT Malta’…

 Bil-Filmat: Qed Ixandru Programm ‘Live’ Jismu ‘Ex-LGBT Malta’…

Bħalissa għaddejja xandira live fuq il-paġna Ex-LGBT Malta fejn Rebecca Paris qed tagħti rendikont ta’ ħajjitha; ta’ kif kienet atea, fil-kors ta’ ħajjitha isseparat u bdiet tqatta’ ħafna ħin ma’ nies fil-komunita gay u għoġbitha l-kumpanija tagħhom.

Qalet li maż-żmien ġiet diagnosed b’dipressjoni, kienet suwiċidali u anke bdiet tieħu l-pinnoli. Fuq poster biex jippromovi dan il-programm hemm miktub “Irqadt ateja u qomt nistaqsi fuq Alla”.

Fil-programm hemm Phylisienne Brincat u Matthew Grech li fil-passat kellu stage name ta’ Jay Omaro u jgħid li kien gay u nbidel.

Infakkru li f’Diċembru 2016, il-gay conversion ġiet illegali f’pajjiżna.

F’pajjiżna huwa reat kriminali li titratta l-orjentazzjoni sesswali bħala xi ħaġa li għandha bżonn trattament mediku, jew li hija medikament jew psikoloġikament mhux normali.

Persuna li ma xtaqitx issemmi isimha qaltilna hekk: “Ħa nkun onest miegħek, jekk it-terapija hija llegali kif wieħed ixandar dawn it-tip ta’ esperjenzi. Personalment għanda tkun illegali li wieħed jitkellem fuq “fejqan” minn omossesswali għax xjentifikament mhix possibli; sempliċiment indottrinazzjoni għaċ-ċaħda tal-identità. Huwa ovvju li xandiriet bħal dan it-tip huma mmirati biex min hu konfuż u imbeżża’ jaqa’ fil-lixka tagħhom.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com