Covid-19: Ifeġġu 21 Każ Ġdid, Ifiqu 54

 Covid-19: Ifeġġu 21 Każ Ġdid, Ifiqu 54

Tul dawn l-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 21 każijiet ġodda ta’ Covid-19 fil-gżejjer Maltin. Dan filwaqt li 54 persuna fiequ.

Bħalissa Malta għandha 590-il każ attiv filwaqt li b’kollox, mill-bidu tal-imxija, Malta rreġistrat total ta’ 2,979 każijiet.

B’kollox fiequ 2,358 mill-bidu tal-imxija minn meta feġġ l-ewwel każ.

Malta  b’kollox irreġistrat 31 mewt kawża tal-Covid-19.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com