“Il-Covid Wage Supplement Ser Tibqa’ Anke Wara Ottubru” – Il-PM

 “Il-Covid Wage Supplement Ser Tibqa’ Anke Wara Ottubru” – Il-PM

L-għajnuna tal-Gvern fil-ħlas tal-pagi għall-ħaddiema, il-Covid Wage Supplement, ser tkun estiża sal-aħħar tal-pandemija.

Ħabbar dan il-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela waqt li kien qed jiġi intervistat minn John Bundy il-Ħadd filgħodu.

Spjega kif il-baġit ta’ Ottubru mistenni jkun wieħed mingħajr żieda f’taxxi. Waqt l-intervista hu qal kif ir-rata ta’ qagħad qed tonqos ġimgħa wara oħra, li sejħilha fenomenu reali.

Il-Prim Ministru qal kif is-saħħa, l-ekonomija u l-ambjent se jkunu fuq livell ta’ importanza. Semma kif l-inċentiv fiskali fuq il-bejgħ tal-propjetá kienet waħda li ħadmet ħafna b’numru rekord ta’ konvenji anke f’dan iż-żmien ta’ pandemija.

Dwar il-ftuħ tal-iskejjel, qal kif il-ġenituri qed jindunaw li ninsabu f’sitwazzjoni ġdida fejn meta tqabbel ma’ pajjiżi oħra pajjiżna għad għandu rata għolja ta’ persuni li qed ifiequ mill-Covid-19.

Innota kif jekk ikollna l-vaċċin f’idejna, ma jfissirx li l-pandemija ser tkun għaddiet u għalekk hu importanti li l-Gvern joqgħod attent li ma jagħmilx miżuri iebsin ħafna li mbgħad ikunu diffiċli biex jinżammu fit-tul taż-żmien.

Qal kif huwa importanti ħafna li jiftħu l-iskejjel għax ma tistax tintilef ġenerazzjoni ta’ tfal u ma jingħatawx l-edukazzjoni meħtieġa. Hu sostna li ma tistax tingħata garanzija li mhux ser ikun hemm każijiet iżda li hemm protokolli li f’dan il-każ jidħlu fis-seħħ mill-ewwel.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com