Covid-19: Imut Anzjan Ta’ 84 Sena

 Covid-19: Imut Anzjan Ta’ 84 Sena
Anzjan ta’ 84 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa spjega kif l-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-18 ta’ Settembru. Huwa ddaħħal l-IDU fl-Isptar Mater Dei dakinhar stess fejn baqa’ jingħata kura sakemm miet ilbieraħ tard billejl.

L-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com