Jekk Jinbidel Il-Kap, Il-Partit Nazzjonalista Se Jżid Fil-Voti?

 Jekk Jinbidel Il-Kap, Il-Partit Nazzjonalista Se Jżid Fil-Voti?

Wara li nhar it-Tnejn li għadda ppubblikajna stħarriġ dettaljat minn Dr. Vincent Marmara, staqsejnieh xi tkun il-possibbilità ta’ tibdil fix-xenarju ġaladarba/jekk jinbidel il-Kap tal-PN.

Marmara tenna li “wieħed jistenna li wara li tgħaddi l-elezzjoni għal kap tal-Partit Nazzjonalista, ikun min ikun il-kap, l-ewwel stadju jrid ikun li jikkonsolida l-core votes tal-partit. B’hekk wieħed jipprova jnaqqas id-distakk biex iġibu simili għal dak tal-2017. Sa issa kif rajna minn diversi sondaġġi, id-distakk mill-2017 kompla jiżdied favur il-Partit Laburista.”

Dan jindika biċ-ċar, minħabba li l-Partit Nazzjonalista qed jitlef parti mill-core vote tieghu.

Kap ġdid ser iħalli mpatt?

“Wieħed irid jara skont l-effett li joħloq kap ġdid. Kemm se jagħmel in road u b’ in road qegħdin nirreferu meta jkun hemm ċaqlieq minn partit għall-iehor.”

Nhar is-Sibt 3 ta’ Ottubru jintemm il-proċess biex jinħatar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Dan hekk kif jiġi fi tmiemu l-proċess li beda fil-bidu ta’ Awwissu 2020, meta l-Kunsill Ġenerali tal-Partit iddeċieda li t-Tesserati jivvutaw biex jagħżlu Kap tal-Partit.

Ritratt: Net News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com