Covid-19: Imut Anzjan Ta’ 98 Sena

 Covid-19: Imut Anzjan Ta’ 98 Sena

Anzjan ta’ 98 sena tilef ħajtu waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

Il-Ministeru għas-Saħħa, fi stqarrija, spjega kif l-anzjan instab pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Settembru wara li ttieħed l-Isptar Mater Dei. Hu kien f’residenza tal-anzjani.

L-anzjan baqa’ jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei fejn tilef ħajtu kawża tal-Covid-19. Hu kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa oħra.

Filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, il-Ministeru għas-Saħħa tenna li l-appell tad-Dipartiment tas-Saħħa jibqa’ l-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali kif ukoll l-użu tal-maskri.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com