Dalwaqt… Stħarriġ Politiku Minn Vincent Marmara
Fi ftit tal-ħin ieħor… Dan l-istħarriġ sar minn Vincent Marmara bejn l-14 u t-18 ta’ Settembru 2020 permezz tat-telefon. Il-kampjun miġbur kien dak ta’ 600 b’Confidence Level ta’ 95% u Confidence Interval ta’ ±4% fost dawk in-nies ta’ eta minn 16-il sena l-fuq.
F’dan l-istudju intuza il-metodu tal-istratified random sampling ukoll. B’hekk il-kampjun miġbur kien imqabbel b’mod preċiż mal-etajiet tan-nies f’Malta, id-distretti kif ukoll is-sess tagħhom. Biex inkunu aktar ċerti mir-riżultati,
is-sample miġbur ġie mqabbel b’mod tajjeb ukoll għall-mod kif ivvutaw in-nies fl-elezzjoni tal-2017.
Intuża wkoll il-metodu tal-Multiple Imputation Technique biex wieħed ibassar dawk li rrifjutaw li jwieġbu xi mistoqsijiet f’dan is-survey.
Dr Vincent Marmara huwa Statistiku u Riċerkatur bi professjoni. Huwa kiseb l-ewwel grad tiegħu fl-Istatistika, Riċerka Operattiva u Matematika mill-Università ta’ Malta. Kiseb Masters of Science fl-istatistika mill-Università ta’ Sheffield fir-Renju Unit u anke d-dottorat fil-Matematika (Statistika) mill-Università ta’ Stirling, fl-Iskozja. Speċjalizza fl-epidemjoloġija mill-aspett statistiku. F’ dawn l-aħħar 15-il sena kien fdat b’diversi proġetti ta’ riċerka kemm fuq livell nazzjonali u kif ukoll internazzjonali. Dr Marmara huwa lettur fil-fakultà tal-FEMA fl-Università ta’ Malta u huwa affiljat mar-Royal Statistical Society fir-Renju Unit. Vincent huwa magħruf dwar il-mod kif qata’ r-riżultati tal-elezzjonijiet kollha mill-2013 sal-lum, kif ukoll dwar ir-riċerka kontinwa li qed jagħmel dwar il-Covid-19.