Jinqabeż Il-Miljun… Il-Poplu Malti Jerġa’ Juri L-Qalb Kbira Tiegħu

 Jinqabeż Il-Miljun… Il-Poplu Malti Jerġa’ Juri L-Qalb Kbira Tiegħu

Ilbieraħ 20 ta’ Settembru saret il-maratona Għinuna Ngħinukom mill-Malta Community Chest Fund. Is-somma finali qabżet il-miljun ewro fejn il-maratona ntemment b’emozzjonijiet kbar tant li anke l-eċċellenza Tiegħu President ta’ Malta George Vella deher jemozzjona ruħu.

Din il-maratona tkompli turi li f’mumenti iebsa, il-poplu Malti kapaċi jingħaqad u juri solidarjetà ma’ min hu fil-bżonn. Dan huwa mument iebes fuq kulħadd; il-pandemija tal-Covid-19 qed tolqot lil kull persuna b’xi mod jew ieħor. Daqstant ieħor l-attivitajiet mill-Malta Community Chest Fund li mdorrijin naraw is-soltu bħal Rockestra li kienet tiġbor ħafna flus li mbagħad jingħaddu mas-somma finali fl-Istrina.

Iżda dan ma qatax qalb il-Malta Community Chest Fund flimkien mal-familja tal-Eċċellenza Tiegħu l-President George Vella u t-tim formidabbli li għandu… ir-riżultat jitkellem waħdu.

Prosit tassew lilkom il-poplu kollu tal-ġenerożità tagħkom!

Ritratt: Facebook/ The Malta Community Chest Fund

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com