“Dan Hu Kliem Tat-Tkexkix Li Jista’ Jingħad Biss Minn Min Huwa ‘Out Of Touch’…” – L-MGR Tikkundana Kliem Li Ntqal Fid-Dibattitu Lbieraħ

 “Dan Hu Kliem Tat-Tkexkix Li Jista’ Jingħad Biss Minn Min Huwa ‘Out Of Touch’…” – L-MGR Tikkundana Kliem Li Ntqal Fid-Dibattitu Lbieraħ
Fi stqarrija mill-MGRM (Malta Gay Rights Movements) kien ikkundannat bla riservi kliem li ntqal fid-dibattitu bejn Adrian Delia u Bernard Grech.
L-MGRM sostniet li fost aktar misinformazzjoni rigward l-abbozz ta’ liġi dwar l-ugwaljanza miż-żewġ kandidati, intqal li xi ħadd qed “jimponi d-drittijiet tal-minoranzi fuq il-maġġoranza.”
“Dan hu kliem tat-tkexkix li jista jingħad biss minn min huwa out of touch kompletament mill-ħajja tal-minoranzi”, sostniet l-MGRM.
Fakkret ukoll fil-każ ta’ Lassana Cisse billi tenniet: “Dan fejn il-minoranzi għadhom jitkeċċew mid-dar, minn xogħlhom, u saħansitra jissawtu u jinqatlu kiesaħ u biered bħal fil-każ ta’ Lassana Cisse.”

Ritratt: Maltese Presidency Of The EU

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com