“Għażiż Ħija Ħu Ħsiebna Minn Hemm Fuq U Għinni Nqum Fuq Saqajja…” – Oħt Christopher

 “Għażiż Ħija Ħu Ħsiebna Minn Hemm Fuq U Għinni Nqum Fuq Saqajja…” – Oħt Christopher

Charmaine Zahra oħt Christopher, li tilef ħajtu traġikament ilbieraħ ftit wara l-17.00 meta għal xi raġuni kontejner waqa’ fuq il-kabina tal-lifter tiegħu, esprimiet id-dieqa tagħha fuq il-midja soċjali filwaqt li talbet lil ħuha jgħinha f’dan il-mument iebes.

F’isem il-familja kollha, oħtu rringrazzjat lil kull min għamel din it-tifkira tal-għażiż ħuha u talbet lill-pubbliku biex jitlob għaliha u għall-familja biex isibu l-faraġ u l-Mulej isabbarhom biex forsi jqumu fuq saqajhom.

Spjegat kemm kien raġel bieżel u li dan kien destin kiefer li żgur li ħadd ma jixraqlu.

“Għażiż ħija ħu ħsiebna minn hemm fuq u għinni nqum fuq saqajja biex inkompli ngħin lill-ġenituri, lil martek u ż-żewġ teżori li ħallejt warajk. Taf li jfissru kollox għalija. Inħobbok Christopher”, kitbet oħtu Charmaine.

Christ kif kien aktar magħruf, huwa missier ta’ żewġt itfal żgħar u kellu 36 sena. Kondoljanzi lill-familja kollha.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com