F’Malta Se Tkun Iċċelebrata L-Ħames Edizzjoni Tal-Jum Internazzjonali Tal-Fniek…

 F’Malta Se Tkun Iċċelebrata L-Ħames Edizzjoni Tal-Jum Internazzjonali Tal-Fniek…

Dan kollu grazzi għal The Malta Rabbit Club – Since 1963 li introduċa din id-data fil-kalendarju ta’ pajjiżna. Data li hija importanti ħafna għal dawk kollha li jħobbu u jrabbu fniek domestiċi. Huwa propju dan il-klabb biss, f’Malta li jiċċelebra din il-ġurnata, fejn isir enfasi fuq il-kura u l-ħarsien tal-fenek b’mod specjali dak domestiku.

Il-Jum Internazzjonali tal-Fenek jiġi ċċelebrata kull sena f’Malta u f’bosta pajjiżi fl-Ewropa, kull raba’ Sibt jew Ħadd tax-xahar ta’ Settembru. Għaldaqstant, fi tmiem din il-ġimgħa s-Sibt 26 u l-Ħadd 27 ta’ Settembru 2020, se jkun iċċelebrat dan il-jum importanti għal kull min għandu l-fenek domestiku għal qalbu.

Il-fenek huwa annimal intelliġenti li jifhem u jitgħallem u saħansitra qed jgħin fit-terapija li ssir ma’ dawk vulnerabbli bħal tfal bl-awtiżmu, adulti u żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali, pazjenti fi sptarijiet u anke nies fi djar tal-anzjani. Huwa fatt magħruf li l-fenek joffri kumpanija idejali. Għalhekk huwa tajjeb u importanti li nagħtu importanza lil din il-ġurnata ddedikata lil-fenek.

Segwu l-paġna ta’ facebook tal-klabb stess: The Malta Rabbit Club – Since 1963; NGO li taħdem bla waqfien għall-aħjar ħarsien ta’ dawn il-kreaturi.

Ritratt: The Malta Rabbit Club – Since 1963

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com