L-Ewwel 7 Persuni Mfejqa Mir-Residenza San Ġużepp

 L-Ewwel 7 Persuni Mfejqa Mir-Residenza San Ġużepp
Ifiequ l-ewwel 7 persuni li ttestjaw pożittivi għall-Covid-19 fir-Residenza San Ġużepp. Dawn huma mill-113 il-pazjent/residenti li ttestjaw pożittivi f’din ir-residenza fil-Fgura.
Bħalissa qed issir operazzjoni biex ir-residenti jkunu sseparati minn xulxin permezz ta’ hekk imsejħa bubble clusters. Ħadd minn dawk li huma pożittivi, dawk negattivi u dawk fi kwarantina ma għandhom kuntatt ma’ xulxin.
7 tobba qed jagħtu s-sapport kontinwu tagħhom li 4 minnhom huma konsulenti mediċi.
Il-membri tal-istaff qed ikunu ttestjati kull 3 ijiem. Hemm kuntatt kontinwu wkoll bejn il-qrabat u r-residenti li ttestjaw fin-negattiv.
Tajjeb jingħad li ħafna mill-pazjenti/residenti li ġew pożittivi għall-iswab test, ma kellhom l-ebda sintomu.
Nawguraw fejqan ta’ malajr lill-anzjani kollha u nfakkru lilkom qarrejja biex tkomplu tobda d-direttivi mill-awtoritajiet tas-saħħa!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com