Geġwiġija Ta’ Nies F’Tas-Sliema… Donnu Jagħmlu Apposta – Il-Pulizija Tintervjeni
Ritratti li rċieva dan is-sit juri ammont ta’ ġuvintur u tfajliet fi gruppi kbar ġo xulxin. Il-persuna li bagħtitilna dawn ir-ritratti qaltilna li kien hemm grupp imdaqqas ħdejn wieħed mill-kjosks fil-promenade ta’ Tas-Sliema viċin ic-Chalet li bil-kemm wieħed jew waħda setgħu jgħaddu minn bejniethom.
“Qishom apposta jagħmlu… pandimonju ta’ nies kulħadd fuq xulxin tant li anke l-pulizija ġew u wieħed minnhom weġibhom: “I can do what the fuck I want!”
Imbagħad ngħidu kif qiegħda żżid it-trasmissjoni tal-virus!
Taħsbu li hemm bżonn ta’ aktar infurzar?