“Giorgia Mae Illum Kienet Ħerqana Ħafna Għall-Ewwel Jum Tal-Iskola”

 “Giorgia Mae Illum Kienet Ħerqana Ħafna Għall-Ewwel Jum Tal-Iskola”

It-tifla tal-Prim Minsitru Giorgia Mae dalgħodu flimkien ma’ mijiet ta’ tfal oħra Maltin u Għawdxin reġgħet lura fuq il-bankijiet tal-iskola.

Ommha, Lydia Abela tellgħet ritratt ta’ bintha bil-basket tal-iskola wara daharha qabel ħalliet id-dar tagħhom lejn l-iskola.

Qalet li bintha Giorgia Mae qamet ħerqana għall-ewwel jum ta’ sena skolastika ġdida.

Tenniet li bħat-tfal kollha ta’ Malta u Għawdex, ilha nieqsa mill-iskola għal 6 xhur u għalhekk qed tħares ’il quddiem biex terġa’ tiltaqa’ mal-ħbieb tagħha u flimkien ikomplu bl-esperjenza tat-tagħlim li joffru l-għalliema ddedikati tagħna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com