Sharon Ellul Bonici Titlef Lil Binha Traġikament Ta’ 25 Sena

 Sharon Ellul Bonici Titlef Lil Binha Traġikament Ta’ 25 Sena

Sharon Ellul Bonici tilfet lil binha Zakk ta’ 25 f’inċident traġiku f’Maastricht.  Fuq facebook esprimiet l-uġiegħ tagħha f’dan il-mument u tenniet “L-ebda omm ma għandha tgħaddi mill-mument li titlef lil uliedha. Strieħ fis-sliem għażiż ibni ż-żgħir…”

Kompliet tgħidlu li tħobbu u li ma tixtieqx tqum għada meta taf li hu mhux hawn. “Ħajti mhux ser tkun l-istess, parti minni mietet miegħek illum.”

Ritratt: facebook/ Zakk flimkien ma’ ommu Sharon Ellul Bonici

Ellul Bonici ssejjaħlu wkoll anġlu u titolbu jħares ukoll lil ħutu.

Kondoljanzi lill-familja kollha mingħandna lkoll.

Ritratt: Facebook/ Sharon Ellul Bonici

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com