Il-PN Jappella Sabiex Toħroġ Il-verità Kollha Dwar Il-Proġett Tal-‘Power Station’

 Il-PN Jappella Sabiex Toħroġ Il-verità Kollha Dwar Il-Proġett Tal-‘Power Station’

Il-Partit Nazzjonalista sosnta li l-aħbar li l-familja Gasan qiegħda tfittex li tirtira mill-proġett tal-power station tal-Electrogas tikkonferma l-ħtieġa urġenti li ssir magħrufa l-verità kollha dwar dan il-proġett.

Fi stqarrija, il-kelliema Nazzjonalisti Karol Aquilina u Ryan Callus qalu li s-sejħa li l-Partit Nazzjonalista għamel sabiex il-Gvern jippubblika d-dokumenti kollha nkluż il-korrispondenza u l-kuntratti kollha fl-intier tagħhom u mingħajr ebda ċensura dwar il-bini tal-power station tal-Electrogas issa saret aktar urġenti u meħtieġa.

Qalu li l-Prim Ministru Robert Abela għandu jaġixxi kontra Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi li kienu l-imħuħ wara dan il-proġett li skothom huwa monument tal-korruzzjoni.

Bl-istess mod il-kelliema Nazzjonalisti qalu li l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna għandhom jiżguraw li dawk li wettqu atti ta’ korruzzjoni b’rabta ma’ dan il-proġett jiġu investigati u għandhom isibu l-id iebsa tal-ġustizzja fil-konfront tagħhom.

Għalhekk appella biex kull min għandu informazzjoni dwar dan il-ftehim fi kliemhom skandluż, jitkellem u jikxef il-ħażin kollu li sar.

Huma temmew jgħidu li l-Partit Nazzjonalist lest jgħin b’kull mezz biex il-persuni li jikxfu informazzjoni jingħataw il-protezzjoni kollha meħtieġa fl-interess li toħroġ il-verità.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com