Ilibbsu Lit-Trabi Li Jkunu Mietu Mat-Twelid Mill-Ilbiesi Tat-Tieġ

 Ilibbsu Lit-Trabi Li Jkunu Mietu Mat-Twelid Mill-Ilbiesi Tat-Tieġ

Kull qalb trid oħra jgħid il-Malti, u bħala ġest nobbli l-Għaqda Mhux Governattiva, Dress An Angel, jagħmlu ħilithom biex itaffu ftit mill-weġa’ li jgħaddu minnha ġenituri li jkunu għadhom kif tilfu lit-tarbija tagħhom.

Dan hekk kif bħala ġest ta’ qalb tajba huma jlibbsu lit-trabi li jkunu mietu minn ilbiesi tat-tieġ li jingħatawlhom bħala donazzjoni mill-pubbliku.

Permezz ta’ dawn id-donazzjonijiet, huma jkunu jistgħu jużaw id-drapp tal-libsa tat-tieġ biex joħolqu lbies ċkejken għal dak l-anġlu li jkun ħalla d-dinja għal xi raġuni jew oħra mat-twelid.

L-istess għaqda għandha numru ta’ voluntiera li jagħtu donazzjoni sigħat minn ħinhom biex iħitu u joħolqu dawn l-ilbiesi ċkejknin. Filfatt proprju fuq il-paġna tal-Facebook tagħhom qasmu mal-pubbliku l-ilbiesi li ħolqu numru ta’ voluntiera, fosthom 66 libsa ċkejkna.

L-istess għaqda kemm-il darba jkunu qed jitolbu għal aktar voluntiera li jafu jħitu biex jgħinu joħolqu dawn l-ilbiesi u kif ukoll ġugarelli għat-tfal li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva magħmulin mis-suf.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com