Illum Se Jinfetħu L-Ewwel Korsiji Ġodda Ta’ Central Link Project
Infrastructure Malta ħabbret li Illum waranofsinhar u għada filgħodu se tiftaħ il-korsiji ġodda ta’ Central Link Project fl-Imrieħel, f’Ħal Balzan u f’Ħ’Attard.
Hekk kif jinfetħu dawn il-korsiji l-ġodda fid-direzzjoni mill-Imrieħel lejn Ħ’Attard, se jsir wkoll tibdil fil-korsiji eżistenti fl-istess direzzjoni fi Triq iż-Żagħfran u Triq l-Imdina, sabiex is-sewwieqa jibdew jużawhom fid-direzzjoni opposta.
Se jitneħħew ukoll uħud mis-sistemi tat-traffic lights f’dawn l-inħawi.
Infrastructure Malta appellat lis-sewwieqa biex joqogħdu attenti għal dan it-tibdil, jaraw sew it-tabelli, il-linji l-ġodda u limiti tal-veloċità mnaqqsa waqt li jsegwu d-direzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.