Ivvandalizzaw Knisja Saħansitra S-Sagrament…
![Ivvandalizzaw Knisja Saħansitra S-Sagrament…](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2020/09/knisja-e1600842098156-850x560.jpg)
Il-Knisja ta’ Sant’ Agata f’Caltanissetta ġiet ivvandalizzata għat-tieni darba. Din id-darba jidher ukoll li fil-mira kien is-Sagrament fejn fl-att vandalu tkisser l-irħam tal-altar u l-Ewkaristija ġiet imxerda mal-art.
Bħalissa qed isiru bosta atti vandali fi knejjes fi Sqallija. Ir-raġunijiet għadhom mhux magħrufa.
Il-paġna Corpus Domini talbet għall-persuni li wettqu dan l-att barbaru.
Ritratt: Corpus Domini