Keith Schembri Meħlus Mill-Arrest

 Keith Schembri Meħlus Mill-Arrest

Illum wara nofsinhar l-ekx chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri kien interrogat mill-pulizija. Dan wara li sar rikors mill-avukati sabiex isiru jafu r-riżultat tal-inkjesta maġisterjali wara li lura fl-2017, il-Kap tal-Opożizzjoni, dak iż-żmien Simon Busuttil allega ħasil ta’ flus u tixħim fil-programm ta’ ċittadinanza b’investiment.

Illejla għall-ħabta tad-21.00 Schembri ġie rilaxxat u ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija akkumpanjat mill-avukati difensuri tiegħu.

Jidher li Schembri kien interrogat mill-pulizija għal sigħat twal wara li l-avukati tiegħu nsistew li jkunu jafu x’inhuma l-konklużjonijiet tal-inkjesta u jekk hux veru kien hemm tixħim, qabel ikomplu jkunu preżenti fil-proċess ta’ interogazzjoni ta’ Keith Schembri nnifsu.

Il-midja lokali qed tirraporta li Schembri jinsab fuq police bail filwaqt li nħeles ukoll mill-arrest Brian Tonna; partner ta’ Nexia BT.

Ritratt: maltawinds.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com