L-MUT Tgħid Li Se Tibqa’ Għaddejja Bid-Diskussjonijiet Dwar Il-Ftuħ Tal-Iskejjel
L-Unjin tal-Għalliema qalet li wara li lbieraħ bħala MUT iddikjaraw li fallew id-diskussjonijiet bejn l-MUT u l-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-MUT laqqgħet il-Kunsill tagħha.
Fi stqarrija, l-unjin qalet li immedjatament wara, uffiċjali tal-MUT kellhom laqgħa Kastilja mal-Prim Ministru, il-Ministru għall-Edukazzjoni u uffiċjali għolja oħra tal-gvern.
Huma fissru din il-laqgħa bħala waħda inkonklussiva u għaldaqstant qalu li l-MUT ser tkompli għaddejja llum bid-diskussjonijiet, inkluż laqgħa oħra tal-Kunsill tagħha llum tard wara nofsinhar.
L-MUT temmet tgħid li tifhem l-urġenza għal ċertezzi u qiegħda tagħmel dak kollu possibbli f’dan l-istadju delikat. Qalet li kif ikun hemm aktar informazzjoni se jħabbruha immedjatament u fakkru lil kulħadd li dan qed jagħmluh sabiex nipproteġu s-saħħa u s-sigurtà tal-edukaturi, tat-tfal u ta’ kulħadd.
Ritratt: Unesco Schooling for lifelong learning