“Li Ttemm It-Tqala Mhix Xi Ħaġa Kriminali” – Il-Moviment Graffiti Favur L-Abort
Fuq il-paġna tal-Moviment Graffitti lbieraħ ittella’ poster li jgħid ‘Decriminalise abortion- Ending a pregnancy is not a crime’.
Huma tennew li jirrispettaw id-dritt tan-nisa u persuni li jkunu tqal li jiddeċiedu għandhomx ikomplu bit-tqala tagħhom. Saħqu li huma jemmnu fuq l-awtonomija tal-ġisem u jopponu li nisa jkunu sfurzati jwelldu kontra r-rieda tagħhom.
Żiedu jgħid li Malta hija l-unika pajjiż fl-Unjoni Ewropea fejn l-abort huwa illegali f’kull ċirkostanza u b’hekk nisa f’Malta jkollhom imorru jagħmlu abort barra minn xtutna jekk jafforjdawh, iġibu pinnoli tal-abort ‘online’ jew inkella jkomplu bit-tqala kontra qalbhom bil-konsegwenzi kollha psikoloġiċi, ekonomiċi, dawk ta’ saħħa u oħrajn.
Semmew ukoll il-fatt li watq il-pandemija, ir-restrizzjonijiet fuq it-tijiriet għamluha iżjed diffiċli li xi ħadd isiefer biex jagħmel abort legali u ħafna kienu dawk li fittxew pinnoli ‘online’ bħala alternattiva. Tennew li dawn huma siguri (safe) imma minħabba s-sitwazzjoni kif inhi f’Malta, nisa li jużaw dawn il-pinnoli jirriskjaw li jeħlu sa 3 snin ħabs.
Fl-aħħarnett temmew jgħidu li l-abort huwa parti essenzjali mill-kura tas-saħħa kif tenniet il-WHO fil-gwida tagħha waqt il-pandemija tal-Covid-19. Qalu li l-kura tas-saħħa, aċċess għas-servizzi tas-saħħa u għall-pilloli u mediċini għandhom ikunu pprovduti lin-nies, inkluż nisa Maltin u nisa oħra li għamlu lil Malta d-dar tagħhom.
Intom x’taħsbu dwar dan?!
Ritratt: The Atlantic