Ma Tistax Tgħajjar Mara ‘Qaħba’!

 Ma Tistax Tgħajjar Mara ‘Qaħba’!

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar esprimiet is-sodisfazzjon tagħha meta l-qorti llum kkonfermat li mhux ġustifikabbli li tgħajjar mara ‘qaħba’. Dan wara li Cutajar fetħet kawża fil-konfront ta’ Godfrey Leone Ganado u Rachel Williams.

Godfrey Leone Ganado kien kiteb hekk, fost ħafna affarijiet oħra, fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar: “However, Ħamalli, prostitutes and call girls, have the right to be represented in Parliament.”

llum il-Qorti tat rebħa lil kull tfajla u mara.

“Kull min jafni jaf li naċċetta kull tip ta’ kritika għax għandi rwol politiku. Ejja niddibattu, ejja ma naqblux iżda ejja ma niddeġenerawx f’lingwaġġ sessist ta’ din it-tip jekk verament irridu iżjed nisa fil-politika!”, sostniet Cutajar filwatq li tenniet li s-soċjetà tagħna jixirqilha aħjar.

Ritratt: Facebook/ Rosianne Cutajar

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com