Mart Bernard Grech Pożittiva Għall-Covid-19
Il-mara tal-avukat Bernard Grech, wieħed mill-kandidati għat-tmexxija tal-PN, irriżultat pożittiva għall-Covid-19.
Dan ġie kkonfermat fi stqarrija maħruġa mit-tim tal-avukat Grech ftit tal-ħin ilu. Jidher li skont contact-tracing li sar jista’ jgħati l-każ li Anne Marie Grech ħadet dan il-virus mill-gym li tattendi. Hija kienet diġà tinsab f’iżolament wara pariri mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika hekk kif persuna oħra li tuża l-istess gym irriżultat pożittiv għall-Covid-19.
Grech stqarr li waqt dan il-perjodu minn meta martu saret taf bil-każ pożittiv hu ma kienx f’kuntatt magħha. Grech xorta waħda ser ikun qiegħed jiżola ruħu bħala prekawzjoni.
L-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista hija skedata għat-3 ta’ Ottubru. Filwaqt li l-kampanji ta’ Grech u Delia mistennija jkomplu jintensifikaw ruħhom għal jiem li ġejjin, hu mgħaruf li l-kampanja ta’ Grech ser tissokta b’mod virtwali.