Mill-Każi Tal-Lum Hemm Ukoll Minn Attivitajiet Soċjali… Inti Qed Tieħu Ħsieb Biżżejjed?
Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 38 każ ġdid ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19, bit-total ta’ każijiet attivi issa telgħu għal 678.
Ġew irreġistrati wkoll 34 persuna li fiequ mill-Covid-19. Intant minn meta ġie rreġistrat l-ewwel każ f’Malta, s’issa kien hemm 2,814 każijiet irreġistrati b’total ta’ 2,113 ta’ persuni li rkupraw mill-virus.
Fuq il-paġna Saħħa fuq facebook, intqal li kien hemm ukoll 2 każi minn attivitajiet soċjali u 3 każijiet mill-industrija tad-divertiment. Intqal ukoll li nstabu 15-il persuna minn dar tal-anzjani.
B’kollox Malta kellha 23 mewt b’rabta mal-Covid-19.
Imma l-mistoqsija tibqa’, inti kemm qed tagħti kas biżżejjed biex il-virus ma jkomplix jinxtered? Hemm għalfejn jgħidulek jew ifakkruk li trid tilbes il-maskla???
Ritratt: Meħud minn sarahyoungevents.com imma ma jurix attività li saret issa. Intuża biss biex jispjega l-artiklu