Kun Af Kif Kienu Jintużaw It-Torrijiet Ta’ Madwar Il-Gżejjer Maltin

 Kun Af Kif Kienu Jintużaw It-Torrijiet Ta’ Madwar Il-Gżejjer Maltin

Għal mijiet ta’ snin, il-kosta ta’ Malta kienet tiġi mgħassa lejl u nhar minn żoni apposta jew inkella minn torrijiet ta’ difiża li nbnew mill-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann matul is-seklu 17.

Fihom kien ikun hemm persuni stazzjonali biex jgħassu x-xtajtiet ta’ pajjiżna u f’każ xi ħadd javviċina xi xatt mingħajr ma jkun mistenni, iwissu biex jevitaw kull tip ta’ theddida.

Iż-żoni fejn inbnew dawn it-torrijiet kienu magħżulin bi ħsieb, fejn tpoġġew f’żoni apposta biex kull torri jara lil dak ġar tiegħu. B’hekk setgħet tinħoloq tip ta’ sistema li kif joqrob ġifen lejn dik il-parti tax-xatt biex jattakka lil Malta, dak it-torri ta’ dik iż-żona seta’ jallarma lit-torri ġar tiegħu, biċ-ċirku jitkompla sakemm il-kosta ta’ Malta tkun infurmata b’dak li qed jiġri.

Għadd ta’ torrijiet ta’ difiża inbnew waqt it-tmexxija ta’ Gran Mastru Alof de Wignacourt, Gran Mastru Paul Lascaris Castellar u l-Gran Mastru Martin de Redin, fejn filfatt it-tlett settijiet ta’ torrijiet li għandna madwar il-gżejjer Maltin huma msemmijin għat-tliet Gran Mastri. L-aktar li jissemmew fuq fomm il-poplu, huma t-13 -il torri li nbnew minn De Redin.

Uħud minnhom kienu jintużaw ukoll bħala mezz ta’ komunikazzjoni bir-radju fil-passat mhux imbiegħed…

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com