Mimli Tpenġija Saħansitra Anke L-Ħabba T’Għajnejh… Ma Tħalliex Jgħallem Iżjed!

 Mimli Tpenġija Saħansitra Anke L-Ħabba T’Għajnejh… Ma Tħalliex Jgħallem Iżjed!

Għalliem tal-iskola li ġismu kollu nkluż wiċċu, ilsienu u anke l-ħabba t’għajnejh mimlija tpenġija, ma tħalliex jgħallem iżjed fi skola Franċiża tan-nuna wara li ġenitur ilmentat li kien qed ibeżża’ lil bintha.

Jismu Sylvain Helaine u għandu 35 sena. Xorta waħda jgħallem tfal mill-eta ta’ 6 snin ‘il fuq. Stqarr li għall-bidu l-istudenti jieħdu qatgħa kif jarawħ imma mbagħad jidrawh u jsiru jħobbuh.

Sylvain jgħid li qatta’ madwar 460 siegħa taħt il-labra tal-artist li penġielu dak li xtaq.

Stqarr ukoll li xogħlu jħobbu u ma jixtieqx jitilfu minħabba passjoni li tant hi għal qalbu.

Intom x’taħsbu dwar dan il-każ? Għandha tpenġija tbiddel l-idea tiegħek dwar persuna?

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com