Opinjoni: Jistgħu L-Għalliema Jkollhom Xift: Grupp Jgħallmu Filgħodu U Grupp Wara Nofsinhar?

 Opinjoni: Jistgħu L-Għalliema Jkollhom Xift: Grupp Jgħallmu Filgħodu U Grupp Wara Nofsinhar?

Fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti; li ninsabu fuq il-għatba li tibda sena skolastika ġdida kif ukoll in-numru ta’ każi li hawn f’pajjiżna, bosta qed jirrikorru għall-midja soċjali biex jagħtu l-opinjoni tagħhom.

Opinjoni minnhom tissuġerixxi jekk hux possibbli li grupp ta’ għalliema jgħallmu grupp ta’ tfal filgħodu u grupp ieħor wara nofs inhar. Imbagħad il-ġimgħa ta’ wara tinbidel ix-xift.

Issemmiet ukoll il-ġurnata tas-sibt li tista’ tiġi utilizzata. Diġà jeżistu skejjel li jgħallmu s-sibt!

Fil-verità, kemm irridu li ngħinu? Jew qegħdin nieħdu l-okkażżjoni biex nattakaw biss mingħajr ma noffru l-parti tagħna? Irridu li l-istudenti jibdewha l-iskola? Irridu niġbdu ħabel wieħed?

Jew irridu kollox kif kien qabel meta s-sitwazzjoni minnha nfisha, bħalissa mhi xejn bħal qabel! It-tobba u dawk li jaħdmu fil-qasam mediku baqgħu jaħdmu bħal qabel? Le għax żdidilhom ix-xogħol li kważi trippla.

Li jitjiebu l-kundizzjonijiet ilkoll naqblu imma li noqogħdu d-dar għal elf raġuni taħsbu li tgħodd? Intom x’taħsbu?

(Din hija biss opinjoni)

Ritratt: https://nationalpost.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com