Notte Bianca Se Ssir B’Mod Differenti!
Għal din is-sena, il-festa li tittella’ fil-Belt Valletta tan-Notte Bianca se tkun qed issir xorta waħda, iżda b’mod differenti.
Dan hekk kif l-attivitajiet ta’ kull xorti differenti se jkunu qed jittellgħu fuq xahrejn, bejn Ottubru u Novembru.
Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali spjega kif ħa din id-deċiżjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti u Festivals Malta, dan sabiex jiġu rrispettati l-prekawzjonijiet kollha fid-dawl tal-imxija tal-Covid-19.
Festivals Malta bħalissa għaddejja b’ħidma qatigħ flimkien mal-artisti sabiex flimkien xorta waħda itellgħu spettaklu mill-isbaħ b’differenza, bl-attivitajiet kollha li se jittellgħu se jkunu qed jimxu id f’id mal-miżuri maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Ritratt: Adrian Camilleri