Raġel Li Ma Jaħdimx U Li Lagħab Nofs Miljun Mixli B’Ħasil Ta’ Flus
Patrick Gatt ta’ 46 sena minn Birkirkara nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati ta’ ħasil ta’ flus. L-akkużat li ma jaħdimx ġie mixli li matul dawn l-aħħar 10 snin lagħab xejn inqas minn €500,000 f’bosta casinos f’Malta.
Huwa ċaħad diversi akkużi marbuta mal-liġi dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus.
L-Ispettur Keith Vella xehed quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello li l-Pulizija bdew jinvestigaw dan il-każ is-sena li għaddiet wara li waslitilha informazzjoni kunfidenzjali dwar raġel li kien qed jilgħab ammont kbir ta’ flus kontanti.
Huwa xehed li fl-investigazzjonijiet tagħha, il-pulizija rriżultalha li Grech ma kienx jaħdem u kellu kont tal-bank wieħed mal-BOV. F’dan il-kont li kienu jidħlu l-pagamenti tas-sigurtà soċjali, ġew iddepożitati €20,000. Fl-istess waqt inġibdu €19,000 matul perjdou ta’ ħames snin.
Gatt ma wieġeb għall-ebda mistoqsija u għażel li jibqa’ b’fommu mitbuq ħlief meta wieġeb mhux ħati tal-akkużi li nġiebu kontrih.
Huwa ma talabx għall-ħelsien mill-arrest u nżamm arrestat.
Il-Qorti laqgħet it-talba tal-Prosekuzzjoni biex tiffriża l-assi tal-akkużat.
Ritratt: Igaming Academy