Saċerdot Għawdxi Jitneħħa Minn Paroċċa fil-Kanada Fuq Każ Ta’ Imġieba Mhux Xierqa

Dun Joseph Grima; saċerdot Għawdxi li kien iservi f’ parroċċa fil-Kanada tneħħa wara li l-Arċidjoċesi ta’ Toronto kkonfermat li wettaq imġieba mhux xierqa.
Intqal li l-imġieba tiegħu kienet tmur kontra l-voti ta’ saċerdot Kattoliku għalkemm intqal ukoll li dan ma kienx każ ta’ abbuż sesswali.
Kelliem għall-Arċidjoċesi ta’ Toronto tkellem ma’ Yorkregion.com li hija sit tal-aħbarijiet fil-Kanada u saħaq li hemm bosta raġunijiet meta jkun deċiż li jitneħħa qassis fosthom abbuż ta’ xorb, drogi, logħob tal-azzard, kwistjonijiet ta’ saħħa mentali u/jew relazzjonijiet ma’ persuni.
Bħalissa s-saċerdot jinsab f’ post ta’ talb.
Ritratt: National Catholic Broadcasting Council