Snooker: Alex Borg Jibda L-Impenji Tiegħu Fil-‘World Snooker Tour’ Minn Għada

 Snooker: Alex Borg Jibda L-Impenji Tiegħu Fil-‘World Snooker Tour’ Minn Għada
Il-plejer professjonali Malti tas-Snooker Alex Borg għada t-Tlieta jħalli Malta biex jibda l-impenji tiegħu fl-istaġun il-ġdid tal-World Snooker Tour. Minħabba l-pandemija tal-Covid-19 it-tournaments għalissa se jintlagħbu kollha fl-MK Stadium f’ Milton Keynes fl-Ingilterra.

L-ewwel tournament għal Borg ikun il-European Masters li proprju beda llum u jibqa’ sejjer sa nhar il-Ħadd li ġej 27 ta’ Settembru meta tintlagħab il-finali.

Fl-ewwel rawnd Borg se jilgħab kontra l-plejer Ċiniż Lyu Haotian; logħba li tintlagħab nhar l-Erbgħa fit-3.30pm. Din il-logħba tkun l-aħjar minn 9 frames.

Fil-bidu tax-xahar id-dieħel imbagħad Borg jieħu sehem fiċ-Championship League; kompetizzjoni li bdiet tintlagħab il-ġimgħa l-oħra. Borg ser jilgħab il-logħbiet tiegħu fil-grupp fil-5 t’Ottubru fejn fost oħrajn, tela’ biex jilgħab kontra ċ-champion tad-dinja Ronnie O’Sullivan.

L-avversarji l-oħra ta’ Borg f’dan il-grupp huma Li Hang taċ-Ċina u l-plejer mill-Ukrajna Julian Boiko. Il-logħbiet ikunu fuq 4 frames bl-ewwel plejer ikklassifikat fil-grupp jgħaddi għall-fażi finali li tintlagħab bejn is-26 u t-30 t’Ottubru.

Awguri Alex!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com