“… Ser Ikollna Sitwazzjoni Fil-Ġimgħat Li Ġejjin Fil-Pajjiż Ferm Agħar Milli Hi Issa…” – L-MUT

 “… Ser Ikollna Sitwazzjoni Fil-Ġimgħat Li Ġejjin Fil-Pajjiż Ferm Agħar Milli Hi Issa…” – L-MUT

An empty classroom is seen after Belgium’s government ordered schools, cafes, restaurants and some shops to close due to the coronavirus disease (COVID-19), in Brussels, Belgium March 13, 2020. REUTERS/Francois Lenoir

F’artiklu fuq is-sit tal-Malta Union of Teachers bl-isem ta’ “Il-Logħba tal-gvern dwar il-ftuħ tal-iskejjel” intqal li l-MUT għandha sorsi mhux uffiċjali li qegħdin konsistentament jgħidulha li l-gvern ħa deċiżjoni li jiftaħ l-iskejjel anke jekk imbagħad jaf li ser jagħlaq wara ftit ġimgħat minħabba “d-diżastru li inevitabilment ser jinħoloq hekk kif dawn jiftħu fiċ-ċirkustanzi preżenti.”

L-artiklu jkompli jgħid li l-Gvern qed jagħmel hekk biex ma jkollu xejn x’jgħid ħlief li pprova kif wiegħed imma mbagħad is-sitwazzjoni tkun dik li hi.

L-MUT reġgħet appellat lill-gvern biex jippostponi l-ftuħ tal-iskejjel u l-instituzzjonijiet edukattivi immedjatament.

“Jekk dan ma jsirx, ser ikollna sitwazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin fil-pajjiż ferm agħar milli hi issa, li ta’ min ngħidu li diġà hija ħafna agħar minn Marzu li għadda.”

L-MUT qalet li se tkompli taġġorna lill-membri tagħha b’kull żvilupp u li qed tagħmel dan kollu, sabiex tipproteġi s-saħħa u s-sigurtà tal-edukaturi, tat-tfal u ta’ kulħadd.

Aqra hawn l-artiklu kif miktub fuq is-sit tal-MUT: https://mut.org.mt/il-loghba-tal-gvern-dwar-il-ftuh-l-iskejjel/?fbclid=IwAR2V7ZZUI3vsh8DnUpxHA3fL9C4ArSM0a340iWU1ZomnVx1doknJiNqkYBs

Ritratt: Bay.com.mt

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com