Tgħid Ħa Nsiru Nafu Min Qatel Lil Karen Grech???

 Tgħid Ħa Nsiru Nafu Min Qatel Lil Karen Grech???

F’Diċembru li ġej ser ikun it-43 sena anniversajru minn meta Karen Grech inqatlet permezz ta’ ittra bomba li kienet intbagħtet lil missierha; il-Professur Edwin Grech. ittra oħra intbagħtet lit-Tabib Paul Chetcuti Caruana u ma ħaditx. Bosta jirrelataw dawn l-ittri bombi mal-istrajk tat-tobba f’dak iż-mien iżda l-ebda prova forensika qatt ma ġiet approvata.

Karen Grech kellha biss 15-il sena u fetħet l-ittra bomba hi. Kien żmien il-Milied. Il-poplu kollu kien ixxokja ruħu.

Fl-2010, il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kienet ordnat lill-Gvern iħallas is-somma ta’ €419,287 bħala kumpens.

Dak iż-żmien Edwin Grech kien il-Kap tad-Dipartiment tal-Ostetrija u l-Ġinekoloġija fl-isptar San Luqa. Grech, waqt li t-tobba kienu fuq strajk, kien intalab mill-Gvern Malti biex jiġi jaħdem f’Malta bħala Kap tad-Dipartiment sakemm tiġi fi tmiemha l-azzjoni industrijali; għalhekk kien ittimbrat li kiser l-istrajk tat-tobba.

F’Ġunju tal-1985, Eddie Fenech Adami fil-parlament kien qal: “Ngħidlek xi darba lil Karin Grech… Meta nkunu aħna fil-gvern. Ngħidlek min… tikkonfondix. Nagħmlu l-investigazzjonijiet bis-serjetà u ngħidlek min. Mela le! Mela le ma ngħidlekx!”

Madanakollu meta kien intervistat mill-Professur Andrew Azzopardi fuq Radju Malta fl-2010, Eddie Fenech Adami qal: “Ma nistax nifhem għala l-pulizija dak iż-żmien ma kinux fil-kapaċità li jinvestigaw dan il-qtil. Naħseb li l-investigazzjonijiet neċessarji ma sarux dak iż-żmien. Meta sirt Prim Ministru, tajt struzzjonijiet lill-pulizija biex jagħmlu l-investigazzjonijiet kollha neċessarji imma l-każ għadu miftuħ sal-lum. Irridu nkunu nafu l-verità għaliex din it-tifla nqatlet.”

Mill-1977, il-każ għadu sal-lum mhux solvut! Dan l-episodju kien tlaqqam bħala l-ewwel att terrorsitiku f’pajjiżna…

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com