Sewwieq Ta’ Mutur Jindarab Gravi Wara Ħabta Fil-Gżira

 Sewwieq Ta’ Mutur Jindarab Gravi Wara Ħabta Fil-Gżira

Taljan ta’ 50 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar, indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tas-1.15 p.m. fit-triq Dun Ġuże’ Miceli, fil-Gżira.

Il-Pulizija qalet li minn investigazzjonijiet preliminary li saru fuq il-post, irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla BMW, misjuqa minn raġel ta’ 60 sena minn San Pawl il-Baħar u mutur tal-għamla Yamaha FZ6, li kien qed jinstaq mill-vittma.

Mal-ħabta, il-mutur ħabat f’żewġ karozzi tal-għamla Volkswagen Golf u Daihatsu Sirion, li kienu pparkjati fl-istess triq.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com