Snooker: Alex Borg Jibda L-Impenji Tiegħu Fil-‘World Snooker Tour’ Minn Għada
L-ewwel tournament għal Borg ikun il-European Masters li proprju beda llum u jibqa’ sejjer sa nhar il-Ħadd li ġej 27 ta’ Settembru meta tintlagħab il-finali.
Fl-ewwel rawnd Borg se jilgħab kontra l-plejer Ċiniż Lyu Haotian; logħba li tintlagħab nhar l-Erbgħa fit-3.30pm. Din il-logħba tkun l-aħjar minn 9 frames.
Fil-bidu tax-xahar id-dieħel imbagħad Borg jieħu sehem fiċ-Championship League; kompetizzjoni li bdiet tintlagħab il-ġimgħa l-oħra. Borg ser jilgħab il-logħbiet tiegħu fil-grupp fil-5 t’Ottubru fejn fost oħrajn, tela’ biex jilgħab kontra ċ-champion tad-dinja Ronnie O’Sullivan.
L-avversarji l-oħra ta’ Borg f’dan il-grupp huma Li Hang taċ-Ċina u l-plejer mill-Ukrajna Julian Boiko. Il-logħbiet ikunu fuq 4 frames bl-ewwel plejer ikklassifikat fil-grupp jgħaddi għall-fażi finali li tintlagħab bejn is-26 u t-30 t’Ottubru.
Awguri Alex!