StradaRjali: 84.6% Jgħidu Li Jieħdu L-Vaċċin Tal-Covid-19 Jekk Joħroġ Fis-Suq

 StradaRjali: 84.6% Jgħidu Li Jieħdu L-Vaċċin Tal-Covid-19 Jekk Joħroġ Fis-Suq

Kienu biss 15.4% tal-persuni li rrispondew għall-poll ta’ Strada Rjali li qalu li jekk joħroġ il-vaċċin fis-suq, jagħżlu li ma jitlaqmux.

Poll ta’ Strada Rjali wera kif l-maġġoranza, 84.6%, rrispondew li jekk toħroġ il-vaċċin fis-suq se jgħażlu li joħduha.

Kienu bosta li esprimew it-tħassib tagħhom tul dawn l-aħħar ġimgħat dwar il-vaċċin tal-Covid-19 u dwar jekk hux il-vaċċin se jkun tajjeb hekk kif joħroġ fis-suq, b’uħud itennu kif kieku l-vaċċin ma jkunx sigur mhux se jkun qed jitħalla joħroġ fis-suq.

Intant kienu l-maġġoranza li ħadu sehem fil-poll ta’ Strada Rjali li sostnew kif bla dubju se jkunu min tal-ewwel li jieħdu l-vaċċin hekk kif ma jistgħux jieħdu riskju u li se jkunu qed jimxu id f’id mal-Awtoritajiet tas-Saħħa u l-parir li jingħataw.

Oħrajn spjegaw kif dejjem hemm riskju kemm jekk tieħu l-vaċċin u anke jekk ma toħodiex hekk kif bniedem tista’ tiġih agħar jekk ma jiħux il-vaċċin u jispiċċa jieħu l-virus.

Ulied ġenituri li huma kbar fl-etá kienu minn tal-ewwel li rrispondew iva hekk kif spjegaw kif il-vaċċin ifisser aħbar tajba, mhux għalihom biss, imma speċjalment għall-ġenituri tagħhom li għandhom iktar minn 70 sena u li dan il-virus jaf ikun ta’ detriment għalihom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com