Tmien Gowls minn Bayern Munich fl-Ewwel Logħba tal-Bundesliga

Bayern Munich għamlu ħerba minn Schalke meta fl-ewwel ġurnata ta’ logħob mill-Bundesliga huma ġabu fix-xejn lill-dan it-tim u rebħulhom 8 – 0.
Serge Gnabry irnexxielu jsib ix-xibka 3 darbiet bl-ewwel gowl jiskurjaħ wara biss 4 minuti. Fid-debut tiegħu Leroy Sane irnexxielu jsib ix-xibka bil-gowls l-oħra jiġu skurjati minn Goretzka, Lewandowski minn penalty, Muller u Musiala.
Din kienet it-22 partita konsekuttiva mhux megħluba għat-tim immexxi minn Hansi Flick. B’kollox iċ-champions renjanti ilhom mis-7 ta’ Diċembru tal-2019 mhux megħluba fl-ebda kompetizzjoni.
Ritratt: Eurosport.com