UEFA Ewropa League – Floriana FC Eliminati Wara L-Għoti tal-Penalties
Tiġi fit-tmiema l-avventura taċ-ċampjins Maltin fil-UEFA Ewropa League hekk fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali Floriana ġew megħluba minn Flora Tallinn tal-Estonja wara l-għoti tal-penalties. Disgħin minuta ta’ ħin regolamentari u tlettin minuta oħra ta’ ħin barrani ma kienx biżżejjed sabiex jiġi deċiż il-konfront li intlagħab bil-bibien magħluqa minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19.
Floriana FC qadd ma dehru inferjuri għal avversarji speċjalment fit-tieni taqsima u anke fil-ħin barrani fejn irnexxilhom joħolqu opportunitajiet u anke jkunu perikolużi. Madankollu la Floriana FC u anqas l-avversarji ma rnexxilhom jiskurjaw gowl tul il-mija u għoxrin minuta u għalhekk il-partita marret għal għoti tal-penalties wara parita ta’ mingħajr gowls.
Iċ-ċampjins Maltin fallew l-ewwel żewġ penalties permezz ta’ Keqi u Venancio li għamlu s-sitwazzjoni diffiċli għalihom sabiex jikkwalfikaw. Akpan salva penalty filwaqt li Fonseca u Busuttil skurjaw għal greens iżda dan ma kienx biżżejjed biex it-tim Malti jikkwalifika għal play-offs.
Flora Tallinn issa jilgħabu kontra l-qawwa tat-tim Dinamo Zagreb.
Ritratt: Floriana FC Media