“Xi Ħadd Qed Jagħmel Maskri B’Logo Falz… Dawn Mhux Vera Ta’ Charles & Ron” – Charles
“Xi ħadd qed jiffalsifika l-logo tad-ditta tagħna, Charles & Ron, fuq maskri tal-wiċċ. Dawn mhux vera ta’ Charles & Ron.”
Hekk sostna wieħed mid-disinjaturi tad-ditta Maltija b’fama mondjali, Charles & Ron, f’messaġġ fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook.
Id-disinjatur, Charles, spjega kif xi ħadd jaf qed ibigħ jew jikkopja dan il-logo għal fuq maskri u kif dan il-persuna – hu min hu – għandu jieqaf.
Kienu bosta li wrew id-dispjaċir tagħhom hekk kif mhux sew li xi ħadd jipprova jisraq xi ħaġa u jagħmilha tiegħu biex jaqla l-flus.