Żagħżugħ ‘Imferfex’ Ma Jieħux ‘leave’ Għal Sena Sħiħa U Jagħtihom Donazzjoni Lil Dar Bjorn
Wayne Pavia, żagħżugħ li jaħdem f’ħanut tal-laħam għamel ġest mill-isbaħ meta l-leave kollu li huwa intitolat għalih sarrfu kollu f’donazzjoni lil Dar Bjorn li tikkura persuni li jbatu bl-ALS.
Fl-aħħar jiem Wayne li jaħdem ma’ Prime Malta ppreżenta ċekk ta’ €950 lil Byorn Formosa li bħalissa jinsab għaddej b’ħidma sfieqa biex jitaħ it-tieni Dar Bjorn.
Fuq facebook Wayne tella’ r-ritratt taċ-ċekk li għadda lil Bjorn u qal li dan ma kienx qed jagħmlu biex jiftaħar għax kif ngħidu b’ilsienna ma jħobbx li l-id il-leminija tkun taf x’inhi tagħmel l-id ix-xellugija.
“Bħalma jaf kulħadd jien ftit imfexfex u nagħmel xebgħa kummiedji u praspar f’ħajti u għamilt ħafna żbalji. Iżda naħseb kulħadd jaqbel miegħi meta ngħid li għandi qalbi tajba u nagħmel minn kollox biex nara lil ħaddieħor kuntent,” kiteb Wayne.
“Jien ma nieħux leave is-sena kollha u flok ħallejthom jintirtu għas-sena d-dieħla, iddeċidejt li nsarrfu bħas-soltu u nagħtieh lil Bjorn għall-ALS Malta”, temm jgħid Wayne waqt li sostna li sa fejn seta’ huwa għamel il-biċċa tiegħu.
Min-naħa tiegħu, Bjorn fisser il-ġest li jagħmel Wayne kull sena bħala inkredibbli. prosit lilek Wayne!