Żagħżugħ Jindarab Gravi Wara Li Waqa’ Sular F’San Ġiljan
Żagħżugħ Franċiż ta’ 23 sena qed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, għall-ħabta tal-04:00 fi Triq Santu Wistin f’San Ġiljan meta għal xi raġuni ż-żagħżugħ waqa’ sular għoli.
Fuq il-post issejħet ambulanza flimkien ma’ tim mediku fejn taw l-ewwel għajnuna u ħadu liż-żagħżugħ l-isptar Mater għall-kura meħtieġa. Hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.