L-Imtarfa Terġa’ Tiftaħar Bl-Arloġġ Ikoniku Tagħha

Lura fit-13 ta’ Lulju ta’ din is-sena, l-Imtarfa rat lura t-twaħħil tal-uċuh tal-arloġġ ta’ żmien l-Ingliżi. Dan wara li sarilhom restawr estensiv.
Dan ir-restawr sar mill-Kunsill Lokali mmexxi mis-Sindku Daniel Attard bil-għajnuna tal-fondi ERDF.
Ftit tal-ħin ilu, is-Sindku Daniel Attard tella’ ritratti fuq facebook li juru r-riżultat finali ta’ dan il-proġett ta’ restawr li ser ikun qed jitgawda minn kulħadd.
Tajjeb ngħidu li biswit l-istess torri nbena ċentru kulturali reġjonali għal skop edukattiv u kulturali.